Minn dejjem kelli x-xewqa li xi darba nzur pajjiz missjunarju allura meta bhala grupp taz-zghazagh tal-parocca iddecidejna li mmorru l-Guatemala mal-ewwel hadt l-opportunita li nzur dan il-pajjiz. Matul is-sena organizzajna diversi attivitajiet sabiex nigbru l-flus biex naghtuhom lil Dun Anton sabiex juzahom fil-missjoni tieghu fil-Guatemala.

Sa ftit jiem qabel ma tlaqna ghalkemm kont ecitata hafna kont xi ftit imbezzgha ghax ma kontx naf x’se nsib pero kif wasalna mal-ewwel bdilt il-fehma tieghi ghax in-nies tal-post laqghuna daqslikieku konna parti mill-familja taghhom. Mument li se nibqa niftakar hu meta konna nzuru l-vilaggi, dan ghaliex minbarra li kienu jilqghuna hafna, bit-tfal iduru maghna u jghannquna, wara li tispicca l-quddiesa kienu jaqsmu maghna l-ikel, mill-ftit li kien ikollhom. Allavolja kienu fqar il-ftit li kellhom kienu jaqsmuh ma kulhadd. Ghalkemm fqar u jghixu f’kundizzjonijiet li ma nimmaginaw lil hadd jghix fihom xorta wahda hassejna certu paci.

Din l-esperjenza ghinitni napprezza iktar l-affarijiet zghar tal-hajja ghaliex f’dak il-mument hassejt li l-izjed affarijiet li jaghmluk kuntent ma humiex l-affarijiet materjali imma l-imhabba lejn l-ohrajn. Din l-esperjenza li ghadna kemm ghexna zgur li se tibqa imnaqxxa f’qalbna ghaliex spiccajna biex izjed ircevejna milli tajna.