Jiena Liliana u flimkien ma’ ibni Matthew, iddecidejna li mmorru naghmlu esperjenza fil-missjoni tal-Guatemala.
Kienet ix-xewqa ta’ Dun Anton Refalo, ir-Rettur tal-Knisja ta’ Gesu Nazzarenu li xtaq li f’gheluq it-30 sena ta’ sacerdozju jaghmel esperjenza missjunarja. Meta avvicinana, jien u Matthew li hu abbati fl-istess knisja, thajjarna mmorru u hekk iffurmajna grupp ta’ 12-il persuna.
Wasal id-9 ta’ Settembru, l-ghada tal-festa tal-Bambina u b’hafna entuzjazmu qomna u bdejna l-vjagg taghna illi kien pjuttost twil. Il-kurzita’ u l-ecitament beda jizdied hekk kif bdejna nghaddu minn ajruport ghal iehor. Niftakar x’ferh hassejna hekk kif ilmahna lil Dun Anton Grech gej jiltaqa’ maghna ghall-ewwel darba. Resaq lejna u bi tbissima helwa qalilna ‘Bongu’, ‘Welcome’. Kienet tbissima li tohloqlok emozzjoni, tbissima ta’ paci u kuntentizza. Din kienet tbissima li bqajna ngawdu tul il-granet kollha li qattajna mieghu.
Dhalna fid-dar tieghu msejha Stella Maris fejn kellna nigu allogjati ahna f’dawn il-granet. Kellna laqgha qasira ma’ Dun Anton Grech fejn spjegalna x-xoghol li sar u li qed isir fi Stella Maris. Ta’ min isemmi
* l-ground tal-futboll li jintuza kuljum minn nies tal-post ghal-loghob tal-futbol, ghall-isport tar-roller skates u attivitajiet tal-iskejjel tal-gvern,
* L-istazzjon televiziv Stella Maris – mmexxi minn tfal, zghazagh u adoloxxenti.
* Qed tinbena dar ghal tfajliet tqal li jkollhom problema ta’ abitazzjoni.
* Skola tal-muzika – ser jibdew isiru lezzjonijiet tal-muzika : kemm tat-teorija u kemm tal-prattika ta’ diversi instrumenti
* Computer Lab – li jintuza minn diversi studenti matul il-gurnata.
Dak inhar stess qassamna bejnietna x-xoghol li kellu jsir u bdejna billi naddafna l-gnien, hawwilna diversi pjanti u sigar, komplejna t-tape max-xibka tal-ground tal-futbol u ghajnuniet ohra.
Filwaqt li konna nkunu nahdmu fi Stella Maris, kont nammira l-ghajnuna li kellna min-nies tal-lokal. Kienu nies li dejjem bit-tbissima fuq fommhom u meta titlobhom l-ghajnuna, kienu jhallu minn idejhom u jigu jghinuna. Hekk kif jiltaqaghu maghna, kienu jsellmulna bl-ikbar hlewwa u meta jispiccaw il-gurnata tax-xoghol hallihom iduruna wiehed wiehed u wahda wahda sabiex isellmulna. Din hi xi haga li jien innutajt, illi ahna l-Maltin mhux dejjem ghandna hin insellmu u niftakru f’xulxin. Jista’ jkun minhabba l-hajja sparata u veloci li qed nghixu. M’ahniex lesti li ninvestu ftit hin fir-relazzjoni ta’ bejnietna!
Madanakollu, l-akbar esperjenza li kelli, li messitni minn gew, kienet dik tal-villaggi. Dun Anton Grech hadna mieghu ghall-quddies f’diversi villaggi. Nista’ nghid li kull villagg kellu l-karaterristici tieghu. Kull villagg hallili hafna mistoqsijiet u hsibijiet fondi. Niftakar darba wara diversi sighat nsuqu fil-gungla u anke fix-xmajjar bit-trakk, kellna anke nimxu ghal xi saghtejn ohra fix-xemx u nghaddu minn go dawn l-istess xmajjar. Ahna staghgibna u ghejjejna mat-triq. Pero’ meta tiftakar li l-missjunarju jrid jaghmel dan kollu kuljum sabiex iqaddes u jwassal l-ewkaristija fil-villagg, tibda taprezza l-valur tal-quddies u tal-Ewkaristija hafna aktar. Xi haga li ma ninsa qatt hi….. l-hafna tfal fuq il-pajp tal-petrol jistennew il-qassis gej, in-nisa bit-tfal f’diraghjhom gejjin bil-mixi minn diversi mili ‘l boghod, u d-daqq tat-tnabar u l-kitarri jinstema’ gej mill-knisja.
Kemm hassejna ferh hekk kif konna niltaqghu ma’ dawn in-nies bi tbissima ghalkemm hafjin u neqsin mill-materjalizmu kollu. Kellhom stennija specjali ghall-qassis, ghal Gesu, ghall-ewkaristija li kienet tkun qed toqrob ghall-villagg taghhom. Kemm ghandna x’nitghallmu u naghmlu uzu mill-ftit minuti distanza li ghandna ghall-knejjes taghna. Imbaghad konna naslu fil-knejjes taghhom, u kont issib gharix. Gharix maghmul mill-palm, art b’hafna trab, artal fqir bi tvalja fqira, ilma mbierek f’borma….. Imma knisja imbullata nies, b’devozzjoni u fidi kbira. Xi haga tal-meravilja kien il-kant sabih taghhom u s-sehem qawwi taghhom waqt il-quddiesa. Meta l-qassis kien jghidilhom jaghtu sinjal ta’ paci lil xulxin, trid tara lit-tfal kollha telghin f’riglejn il-qassisin Dun Anton Grech u Dun Anton Refalo filwaqt li jaghtuhom tghannieqa bl-ikbar innocenza. Kienet tkun quddiesa, nazzarda nghid itwal minn taghna imma quddiesa li tixtieqha ma tispicca qatt. Niftakar ukoll it-tfal. It-tfal kienu l-aktar haga li llum meta niftakar fihom, taqghali demgha. Nista’ nghid f’kull quddiesa, kont issib tifel jew tifla, li jigu jigru hdejk fil-bank, u joqoghdu ‘l quddiesa kollha mieghek, u jharsu f’ghajnejk. Niftakar wahda tifla, hafja imma b’libsa bajda helwa. Tifla li ghamlet il-quddiesa kollha zzomli jdejja u thares f’ghajnejja. Kienet tifla bi tbissima helwa li ghalmitni li ghalkemm fqajra kellha fidi u qalb kbira. Kellha harsa helwa li lili tatni ferh, ferh ghal hajti kollha. Kienet tifla li b’ghajnejja spjegatli li ghandi naprezza kull ftit li jkolli. Meta spiccat il-quddiesa tajtha rigal zghir u ftit helu. Telqet tigri ‘l barra u hrigt warajha sabiex niehu ritratt maghha u sibtha taqsam il-helu li tajtha ma’ shabha. Kemm ghandna x’nitghallmu minnha!
Hemm hafna esperjenzi ohra li tghallimt u zgur li se nibdel hafna minni nnifsi. Iltqajt ma’ nies kuntenti, mhux stressjati. Nies li ghalihom l-ewwel jigu uliedhom. Nies li ghandhom fidi u mhabba kbira ghall- missjunarju : li hu Gesu’ fil-proxxmu, t-tabib taghhom u l-ghajnuna taghhom.
Intom li qed taqraw dan l-artiklu, inheggigkhom titolbu ghall-missjunarji sabiex ikollhom il-qawwa u l-ghajnuna t’Alla biex ikomplu jwettqu l-missjoni taghhom ma’ dawk kollha fil-bzonn. Nikkonferma minn dak li rajt, li l-vjaggi li jaghmlu lejn il-villaggi mhumiex facli anzi difficli wisq kemm minhabba l-abitat, it-toroq hziena, ix-xita, ix-xemx qawwija u l-periklu kollu li jiltaqghu mieghu fit-triq. Il-Mulej ibierek ix-xoghol taghhom li hu mprezzabbli.
Din l-esperjenza fil-missjoni tal-Guatemala tatni ferh u mhux pjacir. Kienet esperjenza li tatni spunt li ndur u naghmel ezami mieghi nnifsi u nipprova ninbidel!